Tbassir dettaljat għas-sajjieda

Dan it-tbassir ikopri zona b’raġġ ta’ 50 mil nawtiku 'l barra mill-kosta ta' Malta.

Maħruġ: 15 April 2025 04:26 CET

it-Tlieta 15 April

  • Twissijiet

    Xejn

  • Sitwazzjoni Ġenerali

    Arja ta' pressjoni baxxa testendi fuq l-Alġerija u ċ-Ċentru tal-Mediterran

  • Temp

    Sabiħ jew ftit imsaħħab, lokalment imsaħħab b'xi ħalbiet iżolati tax-xita għall-ewwel

  • Riħ

    Lvant forza 3 għal 5, lokalment min-Nofsinhar għax-Xlokk forza 5 għal 7 lejn in-Nofsinhar u l-Lvant tal-inħawi, li jsir l-aktar min-Nofsinhar għal-Lbiċ forza 3 għal 5 sa tard filgħodu u mbagħad isir varjabbli forza 2 jew 3 aktar tard. Mal-lejl: isir mix-Xlokk il-Lvant forza 3 jew 4.

  • Viżibilità

    Ġeneralment tajba lokalment moderata f'xi waqtiet

  • Baħar

    Ġeneralment qawwi li jsir moderat

  • Imbatt

    Baxx mix-Xlokk lokalment moderat li jsir moderat

  • Temperatura tal-Baħar

    17 °C

l-Erbgħa 16 April

  • Temp Sabiħ jew ftit imsaħħab, għal xi ħin isir imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ. Mal-lejl: isir pjuttost imsaħħab.
  • Viżibilità Ġeneralment tajba lokalment moderata fix-xita
  • Riħ Lvant għax-Xlokk forza 3 jew 4, gradwalment jiżdied għal forza 5 jew 6 sa tard waranofsinhar u mbagħad idur mill-Punent għall-Majjistral matul il-lejl
  • Baħar Moderat li jsir moderat jew qawwi
  • Imbatt Baxx mix-Xlokk lokalment moderat f'xi waqtiet li jsir moderat

il-Ħamis 17 April

  • Temp Pjuttost imsaħħab għall-ewwel li jsir sabiħ jew ftit imsaħħab
  • Viżibilità Tajba
  • Riħ Punent Majjistru forza 5 jew 6, gradwalment isir mill-Punent għal-Lbiċ forza 3 jew 4
  • Baħar Moderat jew qawwi li jsir moderat
  • Imbatt Ġeneralment moderat mix-Xlokk li jsir baxx l-aktar mill-Punent Majjistru